Se jitnieda one-stop shop għal start-ups ġodda, bl-isem ‘Start in Malta’. Dan se jkun qed joffri assistenza sabiex aktar start-ups ikunu jistgħu jiġu stabbiliti f’pajjiżna filwaqt li jiġu assistiti fl-applikazzjoni tal-iskemi amministrati mill-Malta Enterprise u entitajiet oħrajn.
Ser jitnieda wkoll l-EU Start-up Summit, li se jġib lejn pajjiżna wħud mill-aqwa start-ups Ewropej.
F’dan iż-żmien, il-pajjiż se jkompli jinvesti f’ekonomija sostenibbli, fost l-oħrajn permezz ta’ żieda fl-għajnuna lil intrapriżi żgħar u medji. Fost l-oħrajn, il-Gvern se jkompli joffri iżjed opportunitajiet ta’ cash grants b’investiment ta’ madwar €40 miljun għall-intrapriżi żgħar u medji taħt l-iskema tal-Business Enhance. Fl-istess waqt, il-Malta Enterprise se tirdoppja l-assistenza finanzjarja f’forma ta’ cash grants għall-kumpaniji Maltin kollha li jinvestu fi proġetti diġitali u sostenibbli. Tħabbar li l-għotja issa se tkun qed tkopri 50 fil-mija tal-investiment eliġibbli, sa massimu ta’ €100,000.