Transport Malta ser tneħħi il-bastiment San Marco li qed jostakola il-Bajja tal-Magħluq f’Marsaxlokk, fi tmiem din il-ġimgħa.
Bi preparamenti għal dan, illum il-kuntrattur qed jagħlaq iż-żona u għada ser ipoġġi makkinarju fuq il-bajja biex il-Ħadd li ġej issir din l-operazzjoni.
Barkun bi krejn fuqu se jiġbed il-bastiment il-barra fil-baħar fond. Il-qiegħ tal-baħar ġie spezzjonat minn għaddasa biex ikun sigur li ma ssirlu l-ebda ħsara waqt din l-operazzjoni.
Għal raġunijiet ta’ sigurtà, il-bajja u l-viċinanzi mhux ser ikunu aċċessibbli. Transport Malta u l-uffiċjali tal-Pulizija ser ikunu qed isegwu din l-operazzjoni kemm mill-art kif ukoll mill-baħar.
Il-pubbliku jista’ jerġa’ jibda jgawdi l-bajja tal-Magħluq mill-ġimgħa d-dieħla.