Bil-għan li jinħolqu kundizzjonijiet aktar ekwi fis-suq, se jitnaqqas id-dazju tas-sisa fuq il-birra, b’kontenut baxx ta’ alkoħol prodotta minn birreriji żgħar u indipendenti f’Malta.
Dan hekk kif se jkun hemm bidla f’kif tiġi kkalkulata s-sisa fuq il-birra, hekk kif se tinbidel minn degree Plato għal ABV% għal skop ta’ dikjarazzjonijiet fiskali.
Id-dazju tas-sisa fuq produtturi żgħar tal-inbid se jitnaqqas b’mod sinfikanti biex jagħti spinta lis-settur u jwassal għal qligħ aħjar lill-bdiewa.