Il-Gvern se jkompli għaddej bi proġetti infrastrutturali fit-toroq madwar il-gżejjer Maltin.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol, Clyde Caruana, ħabbar li l-Gvern se jkompli għaddej bil-pjan tiegħu fuq il-bini ta’ toroq residenzjali filwaqt li se jkompli għaddej bil-proġetti kapitali l-kbar.
Il-Ministru Caruana qal li l-proġett tal-Imrieħel Underpass jinsab fl-aħħar stadji tiegħu filwaqt li l-proġetti tal-Junction tal-Ajruport u l-Junction ta’ Ħal Luqa huma prioritajiet.
Il-pjanti ġodda għall-proġett tal-Imsida huma lesti u dan il-proġett se jingħata spinta ’l quddiem.