Il-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka, u l-Innovazzjoni, Clifton Grima, żar l-iskola primarja ta’ San Ġorġ f’Ħal Qormi u ħabbar li x-xogħol ta’ manutenzjoni, rinnovar, u estensjoni f’din l-iskola se jissokta.
L-iskola se jsirilha investiment ta’ €6.5 miljun li permezz tiegħu se titranġa kif imiss.
Ġaladarba jitlesta x-xogħol fuq il-parti tal-iskola fejn qed isir ix-xogħol bħalissa, l-istudenti se jitmexxew għal ġo fiha biex ikunu jistgħu jinbdew ix-xogħlijiet fuq il-parti l-oħra tal-iskola.
Waqt iż-żjara tiegħu fl-iskola, huwa kellu l-opportunità li jitkellem mal-amministrazzjoni u mal-edukaturi.