Tnediet skema li permezz tagħha se jitħallas lura il-VAT fuq apparat li jintuża minn persuni b’diżabilità. Ħabbar dan il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna meta f’konferenza tal-aħbarijiet ta dettalji dwar l-iskema.
Permezz tal-iskema persuni li għandhom xi forma ta’ diżabilità se jkunu jistgħu jieħdu sa massimu ta’ sitt mitt ewro lura VAT fuq apparat mixtri , liema apparat ikun inxtara fuq medda ta’ ħames snin.
L-għajnuna tvarja skont il-gravità tad-diżabilità u biex wieħed jiggwadanja trid issir applikazzjoni mad-Dipartiment tal-VAT fi żmien tliet xhur mix-xiri tal-apparat. Skema li għaliha jistgħu japplikaw kemm il persuni infushom jew persuni u entitajiet oħra f’isem il-persuna b’diżabilità. Mhux biss, se jsir l-ħlas tal-VAT ta’ tmintax fil-mija fuq il-guide dogs.
Scicluna tenna li din hija inizjattiva oħra favur persuni b’diżabilità li ssegwi oħrajn bħall-introduzzjoni tat-Trust Fund għall-Persuni b’diżabilità u l-ħlas tal-paga minima nazzjonali għal dawk l-individwi li ma jkunux jistgħu jidħlu fis-suq tax-xogħol minħabba d-diżabilità tagħhom