Il-presidenza Maltija se tkun qed tindirizza l-isfida tal-prezzijiet tal-mediċina. Dan permezz ta’ laqgħat bejn Ministri tal-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea u l-Kapi Eżekuttivi fil-qasam tal-farmaċewtika.
F’Marzu se jitħabbar qafas li se jwassal biex pazjenti Ewropej b’mard rari jistgħu jingħataw kura fi stati membri oħra.
Dan intqal mill-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne meta indirizza konferenza dwar il-kontroll tal-kanċer, li għaliha attendew mal-250 persuna nvoluti fil-qasam.
Fearne qal li sar progress kbir fejn għandha xtaqsam kura, madanakollu għad hemm l-isfida tal-prezzijiet tal mediċina li tista’ tkun indirizzata billi propju f’pajjiżna jintlaħaq ftehim dwar mekkanizmu li jiggarantixxi trasparenza u sistema ġusta.