L-Awstralja nediet programm edukattiv bl-għan li jipromwovu aktar ugwaljanza bejn il-ġeneru u jiġu miġġielda l-isterjotipi u l-vjolenza domestika.
Dan il-kurrikulu ibbażat fuq ir-rispett, se jkun mandatorju fl-iskejjel kollha ta’ Victoria mis-sena d-dieħla. L-istudenti se jkunu qed jitgħallmu aktar dwar l-ugwaljanza, vjolenza abbażi ta’ ġeneru kif ukoll il-privileġġ maskili.
Rapport li sar fl-2015, qal li dan il-kurrikulu jpenġi lill-irġiel bħala dejjem ħatja u li n-nisa dejjem il-vittmi.
Bħala parti minn dan il-programm, l-istudenti tal-iskola primarja se jkunu qed jaraw stampi ta’ nisa u rġiel jagħmlu x-xogħol tad-dar, jagħmlu l-isport kif ukoll jaħdmu bħala ħaddiema tat-tifi tan-nar fost oħrajn, bl-għan ewlieni jkun dak li minn etá żgħira jitgħallmu li n-nisa u l-irġiel huma ugwali.