Mohamed Toungaza ta’ disgħa u tletin sena mill-Gambja weħel sentejn ħabs wara li ammetta għal akkużi ta’ pussess u traffikar tal-pjanta tal-kannabis.
Fil-Qorti ġie nnutat li l-ammont traffikat kien wieħed żgħir iżda l-ammont traffikat ingħata lil persuni vulnerabbli fosthom kien hemm persuna li spiċċat għamlet suwiċidju u persuna oħra li kienet għall-kenn f’dar li toffri saqaf lil diversi persuni vulnerabbli.
Il-Maġistrat Joseph Mifsud ordna li r-raġel jintbagħat lura l-Gambja wara li jiskonta s-sentenza.