Għas-sitt sena, l-iskola sekondarja ta’ Ħad-Dingli, parti mill-kulleġġ San Nikola, għandha proġett mimli eċitament għall-istudenti tagħha. Se jagħmlu l-figolli b’risq it-tfal li għandhom bżonn l-għajnuna. Il-Figolla Challenge saret avveniment li ħafna studenti jistennew. L-istudenti jaħdmu id f’id ma’ Neriku Caterers u jitgħallmu kif isir dan it-tip ta’ ħelu tradizzjonali Malti, li wara jkun ippreżentat għall-bejgħ fid-daħla tal-Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soaċjali, f’Palazzo Ferreria li jinsab fi Triq ir-Repubblika l-Belt Valletta.
B’hekk l-għan huwa doppju; igawdi Puttinu u tradizzjoni Maltija tinżamm ħajja wkoll.
Kull min mhux bi ħsiebu jagħmel il-figolli hu din is-sena, almenu jista’ jiżgura ruħu li l-figolli li se jixtri se jmorru għal għan nobbli.