Għaxar ministri għas-saħħa Ewropej li huma firmatarji tal-Valletta Declaration qed jiltaqgħu f’Malta biex jikkollaboraw flimien fuq diversi temi foshotm l-aċċess u x-xiri tal-mediċini.
Fil-ftuħ tal-laqgħa, id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa, Chris Fearne qal li matul dawn l-aħħar sentejn saru bosta avvanzi kbar fi ħdan dan il-grupp ta’ pajjiżi li jinkludu lil Malta, Portugall, Spanja, l-Italja, Ċipru, l-Islovenja, il-Kroazja, ir-Rumanija u l-Irlanda.
Il-ministru qal li l-akbar sfida li qed jiltaqa’ magħha kull pajjiż hi l-prezz tal-mediċini/
“Sa issa ħafna minn-negozjati bejn pajjiżi individwali u l-kumpaniji l-kbar tal-industrija ma kinux ikunu fair. L-industrija kien ikollha l-informazzjoni kollha u l-pajjiżi kollha ma jkollhomx. U allura waħda mill-inizjattivi li qegħdin nieħdu hu propju din li bejnietna naqsmu aktar informazzjoni biex meta mmorru ninnegozzjaw, inkunu qed ninegozzjaw f’pożizzjoni ta’ saħħa”
Il-Ministru Fearne żied jgħid li jekk jintleħaq ftehim bejn il-pajjiżi li flimkien jirrappreżentaw 160 miljun ruħ se jkollhom aktar saħħa waqt li jkunu qed isiru n-negozjati dwar il-prezz tal-mediċini.
“Aħna dħalna fil-proċess mal-Industrija, nibdew ninegozjaw magħhom anke minn kmieni, li jfisser li fis-snin li ġejjin nistennew li numru ta’ mediċini illi llum qed nixtruhom bl-għali bil-mod il-mod jibdew jonqsu fil-prezzijiet li fl-aħħar mill-aħħar iwassal għal prezzijiet aħjar u mediċini iżjed aċċessibli għall-pazjenti tagħna”
Fil-laqgħa tal-Ġmgħa, il-Minsitru għas-Saħħa se jressaq ‘il quddiem mudell li jipproponi mezzi ta’ koperazzjoni dwar riċerka biex jiġu żviluppati antibijotiċi ġodda.
Hawnhekk tista’ ssegwi l-intervista sħiħa: