Libjan li ħarab mill-kustodja tal-pulizija il-ġimgħa li għaddiet, tressaq il-Qorti tul il-jum tal-Ħadd b’akkuża li kkawża ġrieħi fuq persuna oħra u li nstab iżomm arma li taqta’ u bil-ponta.
Mohammad Ibrahim ta’ tmintax-il sena talab għall-ħelsien mill-arrest iżda din kienet miċħuda minħabba li ħarab minn idejn l-awtoritajiet ftit tal-ħin wara l-arrest nhar il-ħamsa ta’ Ġunju.
Kien zijuh stes li irrappurtah lill-pulizija wara li Ibrahim ikkawża xi ġrieħi fuq persuna oħra Libjana b’arma li taqta, iżda għadu mhux magħruf jekk il-pulizija humiex fil-pussess ta’ filmat li jippruvaw dan.
Fil-Qorti kien innutat li Mohammad Ibrahim kien arrestat numru ta’ drabi fuq akkużi simili, u għaldaqstant se jinżamm mill-puliżija.