Fi żmien sena u sena u nofs, se jinbidlu jerġgħu l-magni li jagħtu kura tal-kanċer lill-pazjenti.
Ħabbar dan id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne fil-ħin tal-mistoqsijiet parlamentari fejn spjega li dawn il-magni ilhom biss li nxtraw sitt snin iżda t-teknoloġija f’dan ir-rigward imxiet b’pass mgħaġġel.
Fearne qal li l-Gvern dejjem iħares li jagħti l-aqwa kura possibbli lill-pazjenti għal kull tip ta’ mard fosthom anki dawk morda bil-kanċer.
Spjega li l-kura li tingħata hija inqas invażiva minn qabel biex ma tagħmilx ħsara fuq xi tessut ta’ xi organu partikolari.