Il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech ordnat li Loiai Aljelda Sirjan ta’ 48 sena għandu jiġi estradit lejn l-Ungerija.
Huwa ġie arrestat f’pajjiżna wara li kien qed jiġi mfittex b’Mandat ta’ Arrest Ewropew mill-awtoritajiet Ungeriżi fuq traffikar ta’ persuni, kif wkoll li ffaċilita’ permessi ta’ dħul u residenzi illegali.
Il-prosekuzzjoni tmexxiet mis-Supretendent George Cremona u l-ispettur Omar Zammit.