Fi tmiem il-ġimgħa se jingħalqu numru ta’ toroq minħabba l-festa ta’ Santa Venera.
Dawn huma: il-bypass tal-Marsa u l-Ħamrun, it-triq li mill-Marsa tagħti għal Ħal Qormi u Santa Venera.
Se tingħalaq ukoll il-bypass tal-Imrieħel li twassal għal bypass tal-Marsa u l-Ħamrun u tagħti għal Ħal Qormi u Santa Venera.
Is-Sibt 27 ta’ Lulju t-toroq se jingħalqu bejn 10:00 p.m. u 11:30 p.m. Filwaqt il-Ħadd 28 ta’ Lulju dawn it-toroq se jingħalqu bejn 8:00 p.m. u l-10:30 p.m.