Persuni li qed jagħtu s-sapport tagħhom lill-attivist tal-Oppożizzjoni u kritiku ewlieni tal-President Russu Vladimir Putin, Alexei Navaly, iddikjaraw li għalissa mhux se joħorġu jipprotestaw fit-toroq; hekk kif il-pulizija Russa arrestat eluf ta’ nies li ħadu sehem fin-numru ta’ protesti li saru f’dawn l-aħħar jiem.
Madanakollu, minkejja li mhux ħa jsiru protesti fit-toroq, l-alleati ta’ Navalny qed jippjanaw li juru s-solidarjetà tagħhom billi jinġabru quddiem djarhom u fil-jum li d-dinja tiċċelebra l-imaħabba, se jixgħelu xemgħat f’arranġament forma ta’ qalb.