Waqt l-aħħar tislima liż-żagħżugħ Jake Vella, nhar is-Sibt li ġej, se jkunu qed jinġabru flus għall-annimali abbandunati.
F’kitba fuq grupp fuq Facebook intqal li l-ġenituri ta’ Jake: Josie u Marouska Vella jixtiequ li flok fjuri, jingħataw donazzjonijiet lill-annimali abbandunati.
Sadanittant, f’kitba fuq Facebook, Puttinu Cares qalet li l-aħħar tislima liż-żagħżugħ Jake Vella nhar is-Sibt fl-10:30 ta’ filgħodu, fil-Knisja Parokkjali ta’ Birżebbuġa.
Puttinu Cares appellat biex dawk li se jattendu jilbsu ħwejjeġ ikkuluriti.
Intqal li dawk li se jingħaqdu mal-korteo bir-roti se jinġabru fil-parkeġġ tal-Università għall-ħabta tat-8:30 ta’ filgħodu. Bil-korteo se jitlaq mill-Isptar Mater Dei għall-ħabta tad-9 ta’ filgħodu u se jkun hemm magħhom uffiċjali tat-traffiku, fosthom il-Pulizija u minn Transport Malta.
Dan filwaqt li t-tfal li se jingħaqdu mill-korteo permezz tar-roti se jiltaqgħu għall-ħabta tad-9 ta’ filgħodu ħdejn l-Al Fresco f’Birżebbuġa.