Il-kumpanija Enemed għandha pjanijiet biex tilqa’ għal kull emerġenza li tista’ tinqala’ fl-istalazzjonijiet tal-‘fuel’ tagħha.
Individwi li joqgħodu jew jaħdmu fil-viċinanzi jiġu mgħotija informazzjoni dwar kif jieħdu ħsieb is-sigurtaà tagħhom f’kaz li tinqala’ emerġenza serja. Id-daqq tas-sirena tal-emerġenza hi waħda mill-miżuri ta’ sigurtà li tintuża biex il-komunità tkun avżata b’dawn is-sitwazzjonijiet.
l-Enemed Co. Ltd avżat lill-pubbliku li bħala parti mill-manutenzjoni regolari tas-sistemi ta sigurtà, nhar it-Tlieta 6 ta’ Settembru ser tkun qed tittestja s-sireni tal-emerġenza fl-istallazzjonijiet tal-‘fuel’ tagħha ta’ Ras Ħanżir, Ħas-Saptan u Birżebbuġa.
L-alarm fl-istallazzjonijiet tal- ‘fuel’ ta’ Ras Ħanżir u Ħas-Saptan ser tiġi ittestjata fid-9.00 ta’ filgħodu waqt li l-alarm ta’ Birżebuġa se tiġi ittestjata ħames minuti wara.
Ghaldaqstant il-pubbliku m’ghandux jallarma ruħu meta jisma’ dawn is-sereni jindaqqu.