Bdew it-tħejjijiet meħtieġa biex jinbeda l-ewwel fażi ta’ proġett maġġuri biex toroq fil-kampanja li miż-Żejtun iwasslu għal Tas-Silġ, Delimara, Marsaxlokk, Xrobb l-Għaġin, il-Bajja tal-Kalanka, il-Ħofriet u St Peter’s Pool, jinbnew mill-ġdid.
Dan il- proġett huwa parzjalment iffinanzjat minn Fondi tal-Unjoni Ewropea, u mistenni jilħaq investiment ta’ €1.8miljun b’madwar 21,00o metru kwadru ta’ asflat ġdid.
Fost it-toroq li se jingħataw dan in-nifs ġdid hemm Triq Delimara u Triq Xrobb l-Għaġin, li bejniethom għandhom tul ta’ madwar sitt kilometri.
L-ewwel fażijiet ta’ dan il-proġett, li se jibdew fil-ġimgħat li ġejjin, se jinkludu t-triq u l-passaġġ tal-mixi li jwasslu għal St Peter’s Pool, li f’dawn l-aħħar snin saret waħda mill-aktar bajjiet popolari fin-naħa t’isfel ta’ Malta.