Il-Gvern se jkompli jintensifika l-ħidma kontra l-konġestjoni tat-traffiku hekk kif se tkun qed tiġi mwaqqfa aġenzija responsabbli mill-infrastruttura tat-toroq.
Dan filwaqt li l-Budget kompla jiżvela pjanijiet biex isiru iktar xogħlijiet fit-toroq Maltin flimkien mal- bini ta’ madawar 160 triq residenzjali ġdida.
Il-Gvern ħabbar ukoll li fuq pjan ta’ sentejn se jkunu qed jiġu mmodernizzati l-mini ta’ Santa Venera, ta’ Ħal Kirkop u Regional Road b’titjib bi dwal aħjar u sistemi li jżidu s-sigurtà fit-toroq.