Il-Kanċillier Ġermaniż Angela Merkel se tiltaqa’ mal-President tal-Istati Uniti Donald Trump. Fuq nett tal-aġenda hemm il-kummerċ transatlantiku u r-relazzjonijet man-NATO.
Dan wara li fl-aħħar jiem il-President hedded lill-produtturi tal-karozzi Ġermaniżi bit-tariffi filwaqt li appella lill-gvern Ġermaniż biex iżid l-ispiża fid-difiża.
Għal din il-laqgħa l-kanċillier Ġermaniż se tkun akkumpanjata minn uffiċjali għolja tal-kumpaniji Ġermaniżi Siemens u BMW.
Il-laqgħa kellha ssir nhar it-Tlieta iżda ġiet posposta minħabba maltempata tas-silġ.
Qabel din il-laqgħa, ma’ gazzetta Ġermaniża Merkel qalet li qed tħares ‘il quddiem għal-ewwel laqgħa mal-President tal-Istati Uniti Donald Trump.
‘Dejjem aħjar li nkelmu lil xulxin milli fuq xulxin’ kien irrapurtat li qalet il-Kanċillier Ġermaniż.