Il-kumpanija BCRS, li qed tieħu ħsieb l-iskema tar-rifużjoni tal-kontenituri tal-flixken li jintużaw darba biss, ħabbret li fil-jiem li ġejjin se tkun qed tinstalla aktar Reverse Vending Machines f’xi lokalitajiet.
F’kitba fuq il-midja soċjali, il-BCRS qalet li dawn ir-Reverse Vending Machines se jkunu qed jgħinu fil-loġistika ġenerali ta’ din is-sistema.
Dan hekk kif dalgħodu, il-kumpanija BCRS ħabbret li f’ġimgħa minndu daħlet fis-seħħ din ir-rifużjoni nġabru miljun kontenitur.
Dan wassal biex inġabru u se jiġu rriċiklati 40 tunnellata ta’ kontenituri vojta minn madwar Malta u Għawdex.