Matul is-sena li ġejja se jkunu qed jiġu ġġenerati mat-80,000 metru kwadru fi spazji ħodor b’investiment ta’ €10 miljun f’16-il lokalità madwar il-gżejjer Maltin.
Il-Gvern se jkun qed jieħu ħsieb ukoll iż-żamma tal-ispazji ħodor li ġew inawgurati fix-xhur li għaddew, fosthom il-Park ta’ San Klement u r-riġenerazzjoni ta’ Ġnien Spencer.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-Gvern qed jaħdem ukoll bil-ħidma preparatorja fuq proġetti akbar, fosthom tas-Siċċa, il-Proġett ta’ Bormla u l-Proġett ta’ Vjal ir-Riħan f’San Ġwann.