Xammru l-kmiem u lestu għax-xogħol! Kliem li kiteb is-Seismic Monitoring and Research Group fl-Univerità ta’ Malta.
Il-Kummissjoni Siesmoloġika Ewropea ħabbret li se tospita assemblea ġenerali fil-Belt Valletta fl-2018. Dan meta Baku, Rodi u Praga lkoll ikkompetew biex ikunu huma li jilqgħu kelliema internazzjonali.
Din il-kummissjoni tippromwovi l-istudju xejntifiku tat-terrermoti u l-mewġ assoċjat magħhom, bil-għan li jaqsmu għarfien u ideat u jħeġġu xjentisti ġodda.
Dan it-tip ta’ studju u qsim ta’ ideat huwa apprezzat ferm iktar minn min mhux is-soltu juri wisq interess fis-suġġet, wara l-avvenimenti li rajna dan l-aħħar li ġraw lill-ġirien Taljani. F’Amatrice mill-inqas 250 persuna tilfu ħajjithom wara li terremot heżżeż il-belt.
Stabbilita formalment fl-1952, il-Kummissjoni għandha 36 pajjiż membru u tmien pajjiżi osservaturi. Kif indikat minn din il-grafika, it-territorju kopert huwa vast u għalhekk il-possibiltà ta’ tagħlim huwa ikbar.