Fi stqarrija l-Awtorità tal-Ippjanar qalet Wied il-Għasel – il-wied li ispira mijjiet ta’ artisti lokali – se jiġi mnaddaf hekk kif approvat l-applikazzjoni sabiex isir ir-rinnovar ta’ wieħed mill-isbaħ widien ta’ Malta.
L-Awtorità tal-Ippjanar qalet li x-xogħlijiet jinkludu tindif ta’ ġwiebi li se jkunu qed jitħaffru sabiex iżommu kwanita’ akbar ta’ ilma. Se jinżergħu ukoll siġar indiġeni u jitranġaw il-ħitan tas-sejjiegħ.
Il-wied twil madwar 1.5 kilometru jibda’ minn Għajn Riħana viċin tal-Victorja Lines u jasal sal-Kappella ta’ Santa Katerina ta’ Lixandra protetta taħt Grad 1.
Għall-ħafna snin il-wied kien qed jimtela’ b’materjal mill-barrieri u l-impjant tal-konkrit.