Mill-1 ta’ Jannar tal-2021, il-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss, se jiġu pprojbiti.
Il-bejgħ u d-distribuzzjoni tal-istess prodotti se jkun pprojbit mill-1 ta’ Jannar tal-2022.
Biex dan l-iskop jintlaħaq, il-Gvern se jniedi skema ta’ għajnuna biex ħwienet tal-merċa jarmaw green corners fejn parti mill-ħanut ikun iddedikat biex ibigħu prodotti tal-ikel u oħrajn bl-użin. Għalhekk, il-konsumaturi jibdew jieħdu l-kontenituri magħhom u jimlewhom bil-prodotti li jkunu se jixtru.
Il-Gvern se jkun qed jissussidja nofs l-ispejjeż sa massimu ta’ €3,000.