Il-Ministru għas-Saħħa Jo Etienne Abela ħabbar li s-servizz tal-monitoraġġ tad-dijabete se jkompli jiġi estiż għal dawk li għandhom bejn 46 u 50 sena u li għandhom il-kundizzjoni tat-Tip 1.
Intqal li dan se jsir b’investiment ta’ €300,000 biex is-servizz jilħaq aktar persuni. Fil-fatt, stqarrija mill-Ministeru qalet li issa madwar 160 persuna se jibbenefikaw, għall-ewwel darba, mis-servizz. B’hekk issa jirriżulta li hemm mad-950 persuna jibbenefikaw mill-Continuous Blood Glucose Monitor.
Il-Ministru Abela qal li l-Gvern kommess li jkompli jara li s-servizz jiġi estiż aktar u jilħaq iżjed persuni, waqt li se jaħdem ukoll fuq innovazzjonijiet oħrajn li jiggarantixxu s-saħħa lill-Maltin.
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2024/09/13100602/pr241440a-1024x622.jpg)