Darren Robert Mercer ta’ 45 sena residenti Ħal-Luqa wieġeb mhux ħati li pproduċa d-droga fosthom kokaina u eroina mingħajr ma kellu liċenzja tal-kontroll tad-droga perikoluża.
Mercer ġie arrestat mill-Pulizija fit-23 ta’ Awwissu wara sejba ta’ droga mill-Pulizija. Skont kif saret is-sejba, il-pulizija għandha x’tifhem li din ma kinitx għall-użu esklussiv tiegħu biss.
Mercer wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih u d-difiża ma talbitx għall-ħelsien mill-arrest.
Il-Qorti ordnat għall-iffriżar tal-assi tal-imputat.
Mercer kien biss wieħed minn erba’ persuni li ġew arrestati mill-Pulizija b’konnessjoni ma’ sejba ta’ amont sostanzjali ta’ droga suspettata kokaina u eroina li kienet imqassma f’pakketi lesta għat-traffikar. Miegħu ġre arrestati mara ta’ 38 sena residenti Ħal-Luqa, żewġt irġiel ta’ 27 u 30 sena residenti Bormla u Ingliż ta’ 45 sena residenti Ħal Luqa. Il- mara tressqet il-Qorti llum ma’ Mercer, u se jinżammu arrestati mill-Pulizija.
Iż-żewġt irġiel l-oħra se jitressqu l-Qorti fil-jiem li ġejjin.
L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan għadha għaddejja.