Fl-aħħar jiem it-temperatura tal-gżejjer Maltin kompliet tiżdied, fil-fatt f’ċertu mumenti fl-aħħar jiem it-temperatura saħansitra nħasset 40°C.
Illum, it-temperatura qed tinħass 39°C f’temp xemxi u sħun u l-Ġimgħa t-temp mistenni jkun bħal tal-lum. Iżda Lulju se jibda b’temperatura aktar baxxa dan hekk kif is-Sibt it-temperatura mistennija tinżel għal 34°C, iżda jidher li se jkun il-jum tal-Ħadd li se jkun qed itaffi ftit mis-sħana li qed taħkem lil pajjiżna, dan hekk kif it-temperatura se tinżel għal 30°C u huwa mbassar li se jkun ir-riħ.
Il-bidu tal-ġimgħa mbagħad minkejja li t-temperatura se tkun xorta waħda aktar baxxa, t-temp mistenni jkun ftit imsaħħab u mbagħad isir xemxi.
Din hija aħbar tajba għal dawk li bħalissa qed jagħżlu li jqattgħu l-ħin tagħhom f’arja kundizzjonata jew fuq xi bajja biex ikunu jistgħu jiffriskjaw f’dawn il-jiem ta’ temperaturi għoljin.