Arja kiesħa tidher li riesqa mill-Italja lejn l-oċean Atlantiku, u fil-proċess se ġġib il-kesħa lejn pajjiżna. L-aktar li se jinħass se jkun nhar il-Ġimgħa 15 ta’ Lulju u fi tmiem din il-ġimgħa.
Il-Ħamis mistenni jkollna temperaturi li jlaħħqu l-34 grad celcius u r-rih ikun bejn forza erbgħa u ħamsa. Il-Ġimgħa r-riħ se jinħass ferm iktar u mistenni jilħaq Forza 6, filwaqt li l-baħar mistenni jkun qawwi ħafna. It-temperatura se tlaħħaq biss it-28 grad celcius.
Jidher li din l-arja friska se ddum fuqna ftit jiem, iżda wara, lura għall-baħar u s-sajf tipiku Malti!
Skont l-Uffiċju Meterjoloġiku tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, it-temp fi tmiem il-ġimgħa se jkun hekk: