Il-Prinċep William se jieħu sehem f’dokumentarju, li se jixxandar fuq l-istazzjon ITV, maħsub biex ibiddel il-perċezzjoni dwar persuni li jgħixu fit-triq – kif ukoll sabiex jelimina din il-problema.
Dan id-dokumentarju, li se jkollu l-isem ta’ ‘Prince William: We Can End Homelessness’, se jkun maqsum fi tnejn u se jitratta u jagħti ħarsa lejn il-ħidma tal-programm Homewards – maħsub biex jgħin lil dawk li jgħixu fit-triq.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Dan id-dokumentarju, se juri t-tnedija ta’ dan il-programm minn Prinċep William, kif ukoll ir-realtajiet ta’ dawk li jgħixu barra.