Il-Kap Eżekuttiv tal-linja tal-ajru Awstraljana Qantas, Alan Joyce, qal li għandu l-ħsieb li jieħu passi legali kontra l-persuna li għaffiġlu torta ma’ wiċċu waqt diskors li kien qed jagħmel.
Joyce kien qed jagħmel diskors f’Perth it-Tlieta li għadda meta minn warajh ġie raġel, li ma jafx min hu, u għaffiġlu torta f’wiċċu.
Ir-raġel kien aktar tard identifikat mill-midja lokali bħala l-persuna li kkritika lill-istess Kap Eżekuttiv dwar l-appoġġ li wera rigward żwieġ bejn persuni tal-istess sess, xi ħaġa li mhix legali fl-Awstralja.
“Għandu kull intenzjoni li nieħu passi legali,” qal Joyce.
Il-Pulizija akkużaw lill-anzjan ta’ 67 sena talli ta informazzjoni falza wara l-inċident, li seħħ quddiem 500 persuna. Hu x’aktarx se jkun qed jaffaċċja akkużi fuq attakk.