Ftehim bejn Transport Malta u l-Kunsill Lokali tal-Mellieħa se jippermetti biex jibdew xogħolijiet ta’ rikostruzzjoni fi Triq il-Qortin, il-Mellieħa.
Gvern Nazzjonalista kien wiegħed dan il-proġett fl-2008, tant li fi Frar ta’ dik is-sena stess kien iffirmat ftehim bejn il-Korporazzjoni tal-Iżvilupp fiċ-Ċentru tal-Mediterran u l-Ministeru għall-Iżvilupp tat-Toroq. Issa bil-kuntratt il-ġdid l-ispejjeż kollha, li mistennija jammontaw għal ftit inqas minn tliet mija u ħamsin elf ewro, se jitħalsu minn Transport Malta, biex b’hekk, wegħda ta’ disgħa snin ilu se titwettaq minn Amministarzzjoni Laburista.
Fost xogħolijiet fuq it-triq stess li għal żmien twil kienet ostaklu għar-residenti, il-Kunsill Lokali u Transport Malta se jaħsbu wkoll għal maniġjar aħjar tat-traffiku, fid-dawl li Triq il-Qortin twassal għal salib it-toroq bieżla fil-Mellieħa.