Minn nhar it-Tnejn li ġej se jibdew it-tiswijiet temporanji fi Triq Ewlenija f’San Pawl il-Baħar. Ħabbret dan l-aġenzija tal-Gvern Infrastruttura Malta fuq il-midja soċjali.
Infrastruttura Malta qalet li se jkun qed jissewwa’ wiċċ din it-triq sakemm tkun tista’ tiġi mibnija mill-ġdid wara l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma tiffinalizza proġett separat sabiex jissaħħu s-sistemi tal-ilma u dranaġġ f’dawn iż-żoni.
L-aġenzija qed tavża lill-pubbliku li partijiet minn din it-triq se jkunu maqlugħa matul l-erba’ ġimgħat li ġejjin, sakemm jitlestew it-tiswijiet. Minħabba f’hekk mhux se jkun hemm aċċess dirett bejn il-qalba ta’ San Pawil il-Baħar u l-bajja tax-Xemxija.
Infrastruttura Malta appellat lill-pubbliku biex is-segwu t-tabelli li hemm f’dawn iż-żoni u lejn ir-rotta alternativa mill-bypass ta’ San Pawl il-Baħar.
Ir-rotot ta’ tal-linja se jgħaddu wkoll mill-bypass.
It-tiswijiet se jsiru fuq parti mit-Triq ewlenija ta’ San Pawl il-Baħar li hija twila kilometru.
Sabiex jitnaqqs kull inkonvenjent waqt il-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar waqt l-aktar ħinijiet traffikużi se joffri jħaddem servizz ta’ trasport dirett bejn il-waqfiet tal-karozzi tal-linja temporanji fir-rotta tal-bypass u ċ-ċentru tal-lokalità.
Din it-tiswija fi Triq Ewlenija f’San Pawl il-Baħar qed isegwu t-tiswijiet li saru fil-bypass ta’ Ħaż-Żebbuġ, li huma mistennija jitlestew llum. Kif ukoll Triq San Tumas.
Infrastruttura Malta rringrazzjat lill-pubbliku għall-koperazzjoni tiegħu.