L-Erbgħa se jibdew jitressqu l-ewwel akkużati Russi b’reati ta’ gwerra, fi Kiev. Dan hekk kif fil-kapitali Ukrena se jitressqu diversi suldati Russi akkużati bi qtil ta’ ċittadini.
Fost dawn hemm suldat Russi mis-Siberja li għandu 21 sena, li fl-aħħar ta’ Frar li għadda, qatel raġel ta’ 62 sena kiesaħ u biered.
Dan is-suldat Russu mistenni jingħata sentenza massima ta’ għomor il-ħabs.
Il-Prosekuzzjoni Ukrena spjegat kif bħalissa qed tinvestiga madwar 11,000 każ u hemm madwar 40 persuna li jinsab akkużat.