Il-passiġieri li jivvjaġġaw bejn il-pajjiżi fiż-żona Schengen, fostom Malta, se jibdew jiġu analizzati minn sezzjoni ġdida fi ħdan il-korp tal-Pulizija msejħa Passenger Name Record System.
Din se tirċievi l-informazzjoni tal-passiġġieri mill-ewwel, u saħansitra tibqa’ tirċieviha sa qabel tingħalaq il-bieba tal-ajruplan. Dan sabiex l-awtoritajiet Maltin isiru jafu b’dawk li se jidħlu f’pajjiżna, u jkunu jistgħu jieħu azzjoni immedjata fir-rigward ta’ kriminali. L-Ispettur Sandra Zammi spjegat kif “Il-linji tal-ajru li gejjin kemm minn ġewwa u kemm minn barra l-Ewropa jagħtu informazzjoni fuq il-passiġġieri tagħhom lill-Passenger Information Unit, sabiex jiġu vvetjati l-passiġieri kontra kriterji u databases, fejn sindenti, f’ każ ta suspett, tittieħed l-azzjoni neċessarja mill-awtoritajiet kompetenti”. Dan ser jgħin biex inaqqas il-rikminalità organizzata madwar l-Ewropa.
Iż-żona Schengen tippermeti l-moviment ħieles tal-persuni mingħajr dokument, u din kienet qed tkun ta’ uġiegħ ta’ ras għall-awtoritajiet u l-poplu Malti. L-Ispettur Zammit qalet li il-fatt li bniedem jivvjaġġa minn pajjiż għall-ieħor fl-Ewropa ma jippreżentax dokument xorta waħda, imma tkun għaddejja ħidma kontinwa minn wara l-kwinti, se tkun issalvagwardjata s-sigurtà fuq livell nazzjonali u anke internazzjonali.
It-tagħrif kollu dwar dawk il-persuni li tirriżulta xi ħaġa dwarhom, se tinżamm għall-investigazzjoni.
Għall-inawgurazzjoni ta’ din is-sezzjoni kien hemm preżenti l-Kap Eżekuttiv tal-Korp tal-Pulizija, Angelo Gafà, il-Kummissarju tal-Pulizija Lawrence Cutajar, flimkien mas-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej u l-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Michael Farrugia.