Wara li fl-aħħar jiem smajna fuq diversi żviluppi li kienu qed isiru fit-Tarzna ta’ Palumbo, il-ħaddiema bagħtu petizzjoni lill-General Workers Union biex ikollhom kundizzjonijiet aħjar.
Il-Maltin li jaħdmu fit-Tarzna ta’ Palumbo qed jitolbu lill-General Workers Union biex ikunu ndirizzati numru kbir ta’ nuqqasijiet li jeżistu fil-konfront tagħhom. Is-Segretarju tat-Taqsima Metall u Kostruzzjoni tal-General Workers Union Jesmond Marshall spjega kif dawn qed jitolbu affarijiet bażiċi.