L-istudenti Għawdxin u dawk l-Għawdxin, li jkollhom qraba rikoverati f’Malta, se jkollhom akkomodazzjoni oħra fejn jistgħu joqogħdu.
Dan hekk kif din is-sena mistennija li jitlestew xogħlijiet ta’ tlestija f’Villa Lauri f’Birkirkara, bħall-installar ta’ lifts u għamara wara li aktar kmieni tlesta x-xogħol infrastrutturali. Minbarra hekk se jkun qed jingħata bidu għal proġett ieħor ta’ akkomodazzjoni għal dan il-għan, bl-isem ta’ Dar Fatima fi Gwardamanġa.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Dan filwaqt li l-istudenti Għawdxin mistennija li jibqgħu jgawdu minn benefiċċju għall-kiri ta’ akkomodazzjoni.