Il-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żabbar ħabbar li ħareġ il-permess għal dog park, li għalih, kienet tressqet applikazzjoni quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar.
F’messaġġ fuq il-paġna uffiċjali tal-Kunsill fuq Facebook, intqal kif dan se jsir f’parti miż-żona magħrufa bħala Tal-Foss. Il-proġett se jinkludi diversi żoni fejn il-klieb ikunu jistgħu jilagħbu jew jiġu mħarrġa mas-sidien tagħhom.
Dan il-proġett għandu l-iskop li jsebbaħ iż-żona u joħloq post ieħor li jista’ jitgawda mill-familji Żabbarin u anke minn dawk li joqogħdu fl-inħawi.
Il-Kunsill Lokali kkonferma li x-xogħol fuq dan il-proġett mistenni jibda f’Jannar li ġej.