Wara li fl-aħħar xhur ingħalqet u bdew jitneħħew it-tankjiet mill-faċilità 31 ta’ Marzu fil-qalba ta’ Birżebbuġa li fihom kien jinħażen il-fjuwil, fil-jiem li ġejjin se jibda x-xogħol ta’ immodernizzar fl-impjant ta’ Ħas-Saptan li kien inbena fi żmien li Malta kienet għadha kolonja Ingliża.
ONE NEWS tkellem mal-Kap Eżekuttiv tal-kumpanija tal-Gvern Enemed dwar dan il-proġett li se jkun qed jilħaq l-istandards kollha ta’ sigurta waqt li l-fjuwil se jiġi mmaniġġjat b’mod aktar effiċjenti.
Il-proġett ta’ Ħas-Saptan se juża ħamsa u tletin kilometru kwadru inqas ta’ art minndak li hemm f’Birżebbuġa. Dan għax se jkunu qed jintużaw il-faċilitajiet tal-ħażna li hemm taħt l-art.
Is-Sur Chircop qal li l-istazzjon li jinsab fuql-art se jkun qed jilqa’ fih dak li jissejjaħ‘bottom loading road tankers’ biex jiġueliminati dħaħen li jistgħu joħorġu fl-ambjent waqt it-tagħbija u l-ħatt.
Ix-xogħol fuq il-proġett jista’ jibda wara li f’Ġunju li għadda, l-Enemed ġabet il-permess biex jibda x-xogħol f’Ħas-Saptan, u ngħata l-kuntratt biex ix-xogħol ikunjista’ jibda x-xahar id-dieħel.
Il-Ministru tal-Enerġija Joe Mizzi qal li danil-proġett huwa pass ieħor fl-impenn tal-Gvern għal sistemi effiċjenti li jagħtuprijorita lis-saħħa tan-nies speċjalment lildawk fin-Nofsinhar ta’ Malta li għal diversisnin batew minn inkonvenjenzi kbar,
Il-Ministru Mizzi qal li dan il-pass kien wegħda tal-Gvern li sa mill-bidu tal-ewwelleġislatura wiegħed li se jkun qed jagħlaqit-tankijiet tal-ħażna tal-fjuwil f’Birżebbuġa.
Is-Sur Mizzi qal li dan il-proġett jikkumplimenta l-ħidma li saret biexingħalqu ż-żewġ power stations li kienujaħdmu bil-heavy fuel oil, biex pajjiżnagħalaq il-kapitlu darba għal dejjem tal-aktar żejt li jniġġes u qed jagħmel użu mill-gass naturali.