Bħala parti mill-budget għas-sena d-dieħla ser ikun qed isir investiment fi klassijiet mgħammra apposta b’attrezzaturi li jindirizzaw il-ħtiġijiet ta’ studenti bl-awtiżmu. Dawn l-‘Autism Units’ ser isiru fl-iskejjel sekondarji medji.
Bħala parti mill-‘Istrateġija Nazzjonali tal-Litteriżmu għal Kulħadd’ il-Gvern ser jara wkoll li l-programm bl-isem ta’ ‘Reading Recovery’ jilħaq iktar studenti. Dan huwa programm ta’ intervent bikri mmirat lejn it-tfal fl-ewwel snin tagħhom fis-sistema edukattiva.
Ser ikunu qed jiġu offruti wkoll lezzjonijiet online għall-ġenituri, sabiex dawn ikunu jistgħu jikkontribwixxu fl-edukazzjoni ta’ uliedhom flimkien mal-ġenituri. Is-servizz ta’ tagħlim online ser ikun offrut lill-adulti u l-ħaddiema biex ikomplu jtejbu l-ħiliet tagħhom u javvanzaw fil-karriera tagħhom.