Operatur tal-isports tal-baħar u impjegat miegħu ġew ordnati jħallsu €34,730 lil raġel li sofra ġrieħi f’wiċċu meta twaqqa’ minn fuq tagħmir li jintuża għal-logħob fil-baħar, miġbud minn speedboat fil-bajja tal-Għadira.
L-inċident seħħ f’Lulju tal-2010, bil-vittma, Edward Farrugia Wismayer, iżomm lil Ronald Agius u s-sewwieq tal-ispeedboat, Brian Dingli responsabbli tal-inċident.
Farrugia Wismayer indarab meta ħabat ma’ ras ta’ student li kien miegħu hekk kif it-tnejn li huma waqgħu fil-baħar. Il-Qorti emmnet il-verżjoni tal-passiġġier abbord l-ispeedboat li osserva dak li ġara u osservat ukoll kif is-sewwieq tal-ispeedboat ma ingħatax it-taħriġ meħtieġ biex isuq.