L-investiment li se jsir se jgħin biex tingħata fiduċja u kunfidenza fl-ekonomija Maltija li kienet tant reżiljenti tul is-snin. Dan kien il-mod kif il-General Workers’ Union, il-GWU, laqgħet il-pjan ta’ riġenerazzjoni ekonomika li għadu kif ħabbar il-Gvern.
F’kummenti ma’ ONE News, is-Segretarju Ġenerali tal-GWU, Josef Buġeja, semma wkoll l-investiment maġġuri li se jsir tul it-tmien snin li ġejjin fl-infrastruttura industrijali, li se tolqot bosta setturi kruċjali.