Pajjiżna mistenni jerġa’ jintlaqat minn jiem ta’ sħana qawwija. Dan minkejja li l-bidu ta’ din il-ġimgħa kien milqut minn xita f’ċerti nħawi.
Qed jiġi mbassar li, fi tmiem il-ġimgħa li ġej, pajjiżna se jkun qed jara żieda fit-temperaturi, bl-ogħla temperatura li mistennija tilħaq il-35°C, iżda tinħass daqs 37°C jew 38°C.
Pajjiżna se jkun qed jesperjenza tali żidiet fit-temperaturi bejn is-Sibt u t-Tnejn li ġejjin, waqt li mal-lejl ma tinżilx inqas minn 25°C.
F’dawn it-temperaturi għoljin, hu rrakkomandat li persuni, partikolarment dawk l-aktar vulnerabbli minħabba l-età jew kundizzjonijiet, jevitaw li jesponu lilhom infushom fis-sigħat, li fihom ix-xemx tkun fl-eqqel tagħha.
Dan partikolarment bejn il-11:00 ta’ filgħodu u l-4:00 ta’ waranofsinhar.