Is-salib fil-Mellieħa ser jerġa’ jitwaqqaf wara li l-Għaqda tan-nar Marija Bambina fil-Mellieħa kienet ordnata tneħħi salib.
Dan ħabbru s-Segretarju Parlamentari Clayton Bartolo wara diskussjonijiet mal-Prim Ministru Robert Abela.
F’post fuq il-midja soċjali, l-għaqda spjegat kif is-salib ittella’ tul il-Ġimgħa Mqaddsa u baqa’ hemm.
Is-Segretarju Parlamentari Bartolo saħaq li t-tradizzjonijiet huma parti integrali mill-identità Maltija.
Ritratt: Viktor Vella