Ghall-ewwel darba wara numru ta’ snin ser jerga jintrama s-Sepulkru li kien tant popolari fis-snin sittin fil-Knisja tad-Dumnikani fir-Rabat.
Dan is-sepukru li sar fl-elf tmien mija tnejn u sebghin fuq disiin tal-artist Giuseppe Decelis huwa simili hafna ta’ dak tant popolari li jinsab fil-Katidral tal-Imdina, u huwa mibni fuq still barrokk.
Tkellimna aktar fid-dettall dwar dan is-Sepulkru ma’ Patri Joseph Zahra li huwa s-sagristan ta’ din il-Knisja.
Hu qal li dan “kien intrama u ħa s-snin sakemm tlesta filfatt għandna ritratt ta’ qabel ma tlestiet il-kapella minn gewwa kienet tlestit il-faċċata imbagħad għall-ħabta tas-sittinijiet meta saret ir-riforma fil-liturġika kienu ddeċidew li jibdew jarmaw l-artal tar-repożizzjoni b’mod differenti u allura ma’ baqax jintuża dan l-armar.”
Wara s-sittinijiet dan is-Sepulkru kien intrama biss darbejn fit-tmeninijiet qabel ma kien iżżarma u twarrab fil-ġenb.
Kien propju f’dawn l-aħħar snin li d-Dumnikani tar-Rabat bdew għadd ta’ proġetti b’konessjoni ma’ restawr tal-Kunvent u l-Knisja li ddeċidew li joħorġu lil dan il-Patrimonju li kien ilu fl-imħażen għal dawn l-aħħar 35 sena, wara li ġie deċiż li wħud mis-swali tal-kunvent jinbidlu f’mużew tal-Knisja.
Is-sagristan, Joseph Zahra qal “xtaqna li ngawdu xi ħaġa minnhu u naraw xi spazju jista’ jieħu forsi xi partijiet minnu jiġu esebiti fil-mużew, jew se nkomplu namawh fil-knijsa, decizjoni tal-kommunita’ x’ se jsir minna din il-kapella tal-artal tar-repozizzjoni”
Wahda mid-diffikultajiet li qed ihabbtu wicchom maghna hija n-nuqqas ta’ gharfien ta’ kif kien jintrama, hekk kif dawn li kienu jarmawh fis-sittinijiet u darbtejn fit-tmeninijiet illum huma kollha mejta u ghalhekk qed ikollhom jimxu fuq ir-ritratti.