Nassab li ngħata multa u kif ukoll kellu l-liċenza tal-insib sospiża għal tliet snin wara li nasab meta kien għalaq l-istaġun tal-insib se jkun qed jerġa’ jinstema’ mill-ġdid il-każ wara żball li sar bil-miktub bejn dak li nkiteb fil-ġudizzju u dak li nkiteb oriġinarjament mill-Maġistrat.
Carmel Xerri ngħata multa ta’ €1,600 u kellu l-liċenzja tal-insib sospiża lura f’Mejju wara li nstab ħati ta’ insib f’perjodu meta l-istaġun tal-insib kien magħluq.
Għalkemm dak li nkiteb kien linja gwida mal-prerekwiżiti biex jitqiesu jitqies validu, il-mod kif inkiteb id-deċiżjoni ma kienx jirrifletti dak li nkiteb fil-verżjoni oriġinali, u għalekk kien hemm żewġ deċiżjonijiet kunfliġġenti. Kien għalekk li l-Qorti annullat il-ġudizzju li nħareġ u ordnat li l-każ jerġa’ jinstema’ mill-ġdid.