Aaron Charles Zahra li kien ikkundannat għal ħames snin ħabs fuq akkużi ta’ frodi, se jerġa’ jgħaddi ġuri wara li s-sentenza ġiet annullata fi stadju ta’ appell.
Zahra kien ġie akkużat li ffroda ħamest elef ewro lil tliet kumpaniji tal-assigurazzjoni fl-2010.
Quddiem il-Qorti Kriminali tal-Appell ippreseduta mill-Imħallef Consuelo Scerri Herrera intqal kif l-akkuża ta’ frodi qatt ma ġiet ikkonfermata taħt ġurament mill-Prosekuzzjoni.
L-Imħallef rat kif Zahra instab ħati fuq offiża li lanqas biss ġie akkużat fuqha fl-ewwel Qorti u li s-sentenza kellha xi nuqqasijiet importanti.