F’għeluq it-tielet sena mill-mewt ta Mark Gauci, b’xewqa ta’ ħafna ħbieb li kienu midħla tiegħu fis-sewqan tat-trakkijiet, għal sena oħra ser ikunu qed jorganizzaw attività unika għal Malta. Dawn idur dawra ma’ Malta bit-trakkijiet, f’isem Mark.
Id-donazzjonijiet kollha miġbura se jmorru għal Puttinu Cares. Id-dawra tibda f’nofsinhar mill-pjazza tal-parroċċa tal-Mellieħa.
Mark Gauci kien żagħżugħ Mellieħi ta’ 27 sena, li miet fl-2013 wara inċident f’barriera, limiti tal-Imġarr. Huwa kien qed isuq trakk u kien tiela mill-barriera meta t-trakk beda jiżloq lura minħabba li l-art kienet għadha mxarba bix-xita li għamlet u t-trejqa kienet mimlija tajn. Huwa prova jżomm it-trakk bil-brejkijiet iżda xorta baqa’ sejjer lura. X’ħin ra hekk fetaħ il-bieba u qabeż mill-kabina. Sfortunatament hekk kif qabeż mit-trakk, il-bieba baqgħet miftuħa u meta t-trakk inqaleb il-bieba li kienet miftuħa ġiet fuq il-ħaddiem li kien mal-art.
L-imħabba lejn Mark hija xi ħaġa li għadha tinħass sew il-Mellieħa.