Il-President tal-Kummissjoni Ewropea, Jean-Claude Juncker, jinsab kunfidenti li l-Ingilterra se tkun qed terġa’ tagħmel parti mill-Unjoni Ewropea wara l-Brexit.
“Il-Brexit ma joġgħobnix għax nixtieq inkun fl-istess dgħajsa tal-Ingliżi,” qal Juncker. Hu kompla billi qal li l-Brexit ma jfissirx it-tmiem tal-Unjoni Ewropea, u lanqas ifisser it-tmiem ta’ kull tip ta’ żvilupp li sar, lanqas ifisser it-tmiem tal-ambizzjonijiet kontinentali.
Il-President tal-Kunsill Ewropew, Donald Tusk, qal li meta l-Ingilterra tinnotifikana, huwa d-dmir tagħna li nirreaġixxu b’draft tal-linja gwida tan-negozjati, dan biex jiġu ppreżentati lis-27 Stat Membru biex jikkunsidraw.
Tusk u Juncker qalu dan f’konferenza tal-aħbarijiet konġunta fl-okkażżjoni tal-laqgħa EU27 Summit, it-tieni jum li l-Kapijiet u Gvernijiet tal-Ewropa ta’ kull stat iltaqgħu fi Brussell.
Tusk spjega kif dan il-proċess se jkun qed jieħu aktar minn 48 siegħa u li kulħadd, inkluż l-istati membri u l-Kunsill Ewropew, se jkunu qed jafdaw bis-sħieħ fil-persuni li se jkunu qed jagħmlu n-negozjat.
Tusk kompla billi qal li l-Brexit “ma kinitx għażla tagħna,” fejn reġa’ insista li l-Unjoni Ewropea trid tibqa’ sal-lum magħquda bħala 27.